L-AĠ Tal-Qorti Ewropea Jirrifjuta t-Talba ta’ Repubblika Kontra l-Gvern Malti

L-Avukat Ġenerali Gerard Hogan tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkonkluda li l-ħatra tal-ġudikanti li saret mill-Gvern Malti fl-aħħar snin ma kinitx tikser it-Trattati tal-Unjoni Ewropea u tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Hogan qal dan f’opinjoni li ta lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’kawża li l-Għaqda Repubblika fetħet kontra l-Gvern Malti biex tirrevoka l-ħatriet ta’ mħallfin u maġistrati li saru fl-aħħar snin.
Madankollu fil-konklużjonijiet tiegħu l-Avukat Ġenerali Hogan qal li d-dritt tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix lill-Prim Ministru milli jkollu rwol fil-proċess ta’ ħatra ta’ membri tal-ġudikatura.
Fir-reazzjoni tagħha, Repubblika li qed jidher għaliha l-Avukat Jason Azzopardi ħaditha kontra din l-Opinjoni ta’ Hogan u qalet li din tmur lura fuq ġurisprudenza diġà stabbiltà mill-Qorti Ewropea dwar l-indipendenza tal-ġudikatura. Hija ttamat li d-deċiżjoni aħħarija li mistennija tieħu l-Qorti Ewropea fil-kawża tagħha kontra Malta, timxi fuq l-istess passi ta’ sentenzi preċedneti.