L-Għaqda Repubblika Twissi Li Lesta Terġa’ Toħroġ In-Nies Fit-Toroq

 L-Għaqda Repubblika Twissi Li Lesta Terġa’ Toħroġ In-Nies Fit-Toroq

Fl-okkażjoni tat-38 xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Għaqda Repubblika llejla organizzat velja quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir biex tfakkar il-qtil tal-ġurnalista.

F’diskors tal-okkażjoni il-President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina qal li jekk il-Gvern se jhedded lill-ġurnalisti jew lill-imħallfin, ser jerġgħu joħorġu fit-toroq.

Robert Aquilina qal li kif kien meħtieġ f’dawn l-aħħar 10 xhur ma sarux manifestazzjonijiet pubbliċi u prostesti, żied jgħid li llum kienet tkun okkażjoni propizja għall-protesta, għax illum in-nies irrabbjati daqs kemm kienu 38 xahar ilu.

Robert Aquilina żied jgħid li wara 3 snin mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. il-bieraħ Robert Abela ħareġ jhedded 3 imħallfin għax imxew mal-liġi flok obdew lilu.

Robert Aquilina qal li qed javżaw lil Robert Abela biex “meta jaħdmu, ħalli ‘l-istituzzjonijiet jaħdmu; ħalli l-verità ssir magħrufa; ħalli ‘l-ġustizzja ssir. Jekk tipprova twaqqafha se ssibna nieqfulek.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com