L-Italja F’Lockdown Nazzjonali Għal Żmien Il-Milied U L-Ewwel Tas-Sena
Matul dawn iż-żminijiet ta’ festi l-gvern Taljan ħabbar lockdown Nazzjonali. Dan ifisser li l-ħwienet mhux essenzjali, l-bars u r-ristoranti se jkunu kollha magħluqa.
Sabiex persuna tkun tista’ tivjaġġa se tkun teħtieġ permess speċjali li se jingħata biss għal raġunijiet ta’ xogħol jew emerġenza.
Dawn ir-restrizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mill-24 ta’ Diċembru.
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li din kienet “deċiżjoni iebsa ħafna” iżda inevitabbli minħabba ż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 fl-aħħar ġimgħat.
Ritratt: New York Times