L-Unjoni Ewropea Tikkritika D-Deċiżjoni “Mgħaġġla” Tar-Renju Unit Dwar Il-Vaċċin Tal-Coronavirus

 L-Unjoni Ewropea Tikkritika D-Deċiżjoni “Mgħaġġla” Tar-Renju Unit Dwar Il-Vaċċin Tal-Coronavirus

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina (EMA) irreaġixxiet għad-deċiżjoni tar-Renju Unit dwar il-vaċċin tal-virus SARS-CoV-2.

L-EMA, li hija l-aġenzija li tirregola l-mediċini fl-UE u li b’hekk hija responsabbli mill-approvazzjoni tal-vaċċin tal-Covid-19 għall-użu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, qalet li l-proċedura li qed tiġi addottata fl-UE hija itwal għax hija bbażata fuq aktar evidenza mill-proċedura tar-Renju Unit.

L-EMA qalet ilbieraħ li sad-29 ta’ Diċembru se tkun qed tieħu deċiżjoni dwar jekk tawtorizzax il-vaċċin ta’ Pfizer u BioNTech b’mod proviżorju.

Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea qal li l-proċedura tal-EMA tħaddem mekkaniżmu regolatorju mill-aktar effettiv sabiex tassigura aċċess sikur u effettiv tal-vaċċin liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com