Lejliet Il-Milied… Wieħed Mill-Isbaħ Jiem Tas-Sena

 Lejliet Il-Milied… Wieħed Mill-Isbaħ Jiem Tas-Sena

L-24 ta’ Diċembru huwa wieħed mill-isbaħ jiem tas-sena. Fih ċertu tradizzjonijiet u rabtiet mat-tfulija tagħna lkoll… niftakru kemm għamilna attivitajiet tul is-snin, il-purċissjoni tal-Bambin, il-priedka tal-Milied, l-ikliet u l-parties tat-tfal…

Il-laqgħat mal-ħbieb u ż-żjajar għand in-nanniet… Huwa l-jum li ningħaqdu u ninsew ftit l-għelm tal-ħajja. Huwa jum marbut mat-Twelid tal-Bambin li jkun iċċelebrat fil-lejl li ġej sbieħ il-25 ta’ Diċembru; id-data li ntagħżlet biex tfakkar dan il-bniedem hekk kbir.

Reliġjonijiet differenti wkoll taw ġieħ lil dan il-jum. Maż-żmien inqalgħu kontroversji bħal per eżempju l-użu ta’ Xmas flok Christmas li fiha l-kelma Christ. Jingħad li dan sar, biex titnaqqas l-importanza fuq Kristu.

Madanakollu, intom ta’ liema reliġjon intom, ir-rispett jirbaħ dejjem u minn qalbna nawgurawlkom minn issa, Milied ħieni mal-maħbubin tagħkom.

Ritratt: Dun Ġiljan’s Blog

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com