Mara Fil-Periklu Tal-Mewt U Raġel B’Ġrieħi Gravi Wara Li Baqa’ Dieħel F’Diversi Siġar

 Mara Fil-Periklu Tal-Mewt U Raġel B’Ġrieħi Gravi Wara Li Baqa’ Dieħel F’Diversi Siġar

Mara minn Tas-Sliema, qed tissielet għall-ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu ttajret minn karozza f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-kwarta fi Triq Ġuże’ Howard meta għal xi raġuni, il-vittma ntlaqtet minn vettura Nissan March misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena u li joqgħod San Ġwann.

Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Intant f’inċident separat li seħħ siegħa qabel, raġel ta’ 44 sena li joqgħod Wied il-Għajn, ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla. L-inċident seħħ fi Triq San Nikola meta l-vittma tilef il-kontroll tal-vettura Citroen u baqa’ dieħel ġo xi siġar.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn minn tim mediku tal-isptar Materi Dei. Huwa u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com