Mara Ta’ 90 Sena, L-Ewwel Persuna Li Ħadet Il-Vaċċin Fir-Renju Unit

Mara li l-ġimgħa d-dieħla tagħlaq 91 sena, Margaret Keenan, kienet l-ewwel persuna fir-Renju Unit li ħadet il-vaċċin kontra l-Covid-19.
Margaret ddeskriviet dan bħala l-isbaħ rigal tal-birthday li qatt irċeviet.
Margaret kienet waħda mill-ewwel 800,000 doża tal-vaċċin Pfizer/BioNTech li se jkunu qed jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin.
Sal-aħħar tas-sena hu stmat li ser jingħataw 4 miljun tilqima.