Mara Titlef Ħajjitha Wara Tfixklet U Waqgħet Fi Triq Fir-Rabat
Mara ta’ 77 sena mir-Rabat dalgħodu tilfet ħajjitha fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu meta l-mara kienet nieżla xi tarġiet li hemm fl-imsemmija triq, tfixklet u waqgħet.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, hi ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.