Mara weġġgħet ħafif ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li għal xi raġuni nqelbet bil-karozza u spiċċat fil-ġenb ta’ triq Aldo Moro fil-Marsa.
Fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Ambulanza.
Minħabba li t-triq hija waħda traffikuża, għal xi ħin inġema’ traffiku kbir.