Mario Grima Huwa L-Vittma Li Tilef Ħajtu Fl-Għelieqi Tiegħu F’Għawdex

 Mario Grima Huwa L-Vittma Li Tilef Ħajtu Fl-Għelieqi Tiegħu F’Għawdex

Mario Grima ta’ 63 sena mill-Munxar huwa r-raġel li tilef ħajtu f’inċident sfortunat fl-għelieqi tiegħu fil-Munxar.

Is-Sezzjoni taż-Żgħażagħ Munxarin sellmu l-memorja tiegħu u qalu li Mario kien parruċċan kbir li jinteressa ruħu ferm fil-festa tar-raħal, speċjalment fejn jidħol il-logħob tan-nar.

Qalu li Mario kien ikun minn tal-ewwel biex sena wara oħra jagħti d-donazzjonijiet tiegħu u jgħin b’ruħu u ġismu fil-ħruq tal-logħob tan-nar.

Grima nstab bla ħajja għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija f’għalqa fi Triq Ras il-Bajjada, il-Munxar, Għawdex.

Huwa nstab mill-pulizija taħt tractor maqlub waqt li kienu għaddejjin bit-tfittxija għalih minħabba li xi sagħtejn qabel kien
irrappurtat nieqes.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex jassistu u huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post minn tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com