Meta L-MLP Ġab Aktar Siġġijiet Iżda L-PN Kellu L-Maġġoranza Tal-Voti

Bħal-lum fl-1981 saret elezzjoni ġenerali li fiha l-Malta Labour Party rebaħ 34 siġġu kontra l-31 tal-Partit Nazzjonalista.
Madankollu, il-PN kien kiseb il-maġġoranza tal-voti. Bħala Prim Ministru reġa’ nħatar il-Perit Dom Mintoff li lejn nofs il-leġislatura kien irreżenja mill-kariga u floku nħatar Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.
Wara l-elezzjoni, il-membri eletti Nazzjonalisti ma kinux ħadu posthom bħala protesta għal dak li ġara.
Huma kienu ħadu l-ġurament aktar tard fil-leġislatura meta kien assigurat lilhom li kienu se jsiru taħdidiet biex ir-riżultat ma jirrepetix ruħu.