Meta Mietu Żewġt Itfal Fit-Telgħa Ta’ Raħal Ġdid…

 Meta Mietu Żewġt Itfal Fit-Telgħa Ta’ Raħal Ġdid…

Fl-1940 żewġt itfal mietu waqt li xi ħaddiema kienu qed jaqtgħu l-blat bil-furnelli sabiex jagħmlu xelter fit-telgħa ta’ Raħal Ġdid.

Harry Wickman, ta’ 15-il sena ħa xi furnelli f’idejh, ressaqhom lejn lampa taż-żejt iżda ħaraq idejh. Kif ħass in-nar, Wickman waddab il-furnelli fl-arja iżda dawn ġew f’kaxxa porvli li splodiet.

Fl-isplużjoni korrew 6 persuni. Wickman miet l-għada waqt li Adelina Camenzuli ta’ 7 snin, mietet fil-11 ta’ Diċembru. Korrew serjament Toni Xerri ta’ 40 sena u Karmenu Cauchi ta’ 14-il sena, waqt li korrew ħafif Salvina Barbara ta’ 9 snin u Ġużè Vella ta’ 16-il sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com