“M’huwiex Minnu Li L-Pulizija Teħtieġ Xi Awtorizazzjoni Mill-Prim Ministru Biex Tikseb Jew Tanalizza Mobile Phone”
B’referenza għal rapport f’The Sunday Times tal-bieraħ b’rabta ma’ investigazzjoni li qed titmexxa mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji, il-Korp tal-Pulizija jiċċara li r-rapport jinkludi asserzjonijiet li m’humiex korretti.
Dan intqal fi stqarrija mill-midja fi ħdan il-korp tal-pulizija.
“M’huwiex minnu li l-pulizija teħtieġ xi awtorizazzjoni mill-Prim Ministru biex tikseb jew tanalizza mobile phone u apparat teknoloġiku ieħor.”
L-istqarrija tenniet li l-investigazzjoni tal-Pulizija li ssir referenza għaliha f’dan ir-rapport ilha miexja bla tfixkil, anke bis-sehem ta’ maġistrat inkwirenti.
“Talbiet li saru skont il-liġijiet tat-taxxa m’għandhomx x’jaqsmu ma’ dak indikat f’partijiet tarrapport imsemmi”, temmet tgħid l-istqarrija.