Mil-Lum Jibdew Jittieħdu L-Irwiegel Minn Xi Bdiewa Sabiex Ibassru T-Temp Ta’ Kull Xahar Għas-Sena D-Dieħla

 Mil-Lum Jibdew Jittieħdu L-Irwiegel Minn Xi Bdiewa Sabiex Ibassru T-Temp Ta’ Kull Xahar Għas-Sena D-Dieħla
Mil-lum, it-13 ta’ Diċembru, jibdew jittieħdu l-irwiegel minn xi bdiewa. X’inhuma dawn l-irwiegel u huma relevanti biex ibassru t-temp ta’ sena sħiħa?
L-irwiegel jinħadmu billi kull ġurnata bejn it-13 u l-24 ta’ Diċembru tirrapreżenta xahar minn tas-sena li tkun ġejja, f’dan il-każ, l-2021; il-ġurnata tinqasam fi tliet (3) partijiet – filgħodu, waranofsinhar u filgħaxija li jaqsmu wkoll ix-xahar fi tlieta:
Diċembru 13 — JANNAR 2021
Diċembru 14 — FRAR 2021
Diċembru 15 — MARZU 2021
Diċembru 16 — APRIL 2021
Diċembru 17 — MEJJU 2021
Diċembru 18 — ĠUNJU 2021
Diċembru 19 — LULJU 2021
Diċembru 20 — AWWISSU 2021
Diċembru 21 — SETTEMBRU 2021
Diċembru 22 — OTTUBRU 2021
Diċembru 23 — NOVEMBRU 2021
Diċembru 24 — DIĊEMBRU 2021
Xi korrispondenti tal-paġna ‘It-Temp Madwarna’ staqsew jekk dan il-mezz ta’ tbassir tat-temp huiex relevanti, jekk jaħdmux u jekk hux ta’ min wieħed jorbot fuqhom. Fl-opinjoni tagħna, xjentifikament dawn l-irwiegel ma fihom bażi ta’ xejn, huma superstizzjużi u tradizzjonali u kull riżultat huwa wieħed li jiġi b’kumbinazzjoni!
Hawn xi ħadd se jieħu nota tagħhom? Għidulna x’taħsbu fil-kummenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com