Milied Bla Tgħanniq U Bews Huwa L-Bżonn Bħalissa!

06/12/2018 10:37:13 St Julians
Jiżdiedu jew jonqsu l-każijiet fi żmien il-festi, jiddependi biss minna lkoll! Kull jum li jgħaddi qed noqorbu lejn il-qofol tal-festi marbuta ma’ dawn iż-żmienijiet. Bla ma rridu nħossu r-rieda li niċċelebraw, li niltaqgħu mal-ħbieb u li noħorġu.
Jiġi minna li noqogħdu attenti. L-Ilbies tal-maskri f’kull ħin anke meta tiltaqa’ mal-ħbieb għaliex huwa fatt irraġunat li l-persuni ma tafx xi jkunu għamlu u fejn kienu qabel iltaqgħu miegħek.
Il-ħasil tal-idejn u li nevitaw li ngħannqu lil xulxin huwa importanti. Kuntrarju għas-soltu li f’dawn iż-żmienijiet abbli ngħannqu lill-ħbieb, din is-sena rridu nagħmlu sforz u nżommu ftit lilna nfusna milli nagħmlu dak li mdorrijin is-soltu bih.
Ejja nagħmlu sforz ħalli nkomplu naraw in-numri neżlin. Din is-sena qed tnin bil-mod u mexjin lejn sena ġdida li qed turina li ser ikollha tama aħjar.
Smajna wkoll jitħabbar li l-vaċċin tal-Covid-19 ser ikun magħna fil-bidu ta’ Jannar.
Ftit sagrifiċċju biex ingawduh ‘il quddiem… mhux fil-bogħod! Kuraġġ!
Ritratt: Knisja.mt