Mill-Milied Sa San Stiefnu… Boxing Day, Karità u L-Istrina!

 Mill-Milied Sa San Stiefnu… Boxing Day, Karità u L-Istrina!

Is-26 ta’ Diċembru huwa jum speċjali għal bosta pajjiżi. Boxing Day tmur lura għall-1830 fejn fl-Ingilterra, dan il-jum beda jkun assoċjat mal-karità fejn is-servi tas-sinjuri, kienu jingħataw kaxxa b’rigali li bosta drabi kien ikun fihom ikel.

Fl-1871, is-26 ta’ Diċembru sar il-jum ta’ vaganza tal-ħaddiema fil-banek (bank holiday) u għadha hekk sal-lum inkluż f’pajjiżna.

Hemm il-frażi Maltija: ‘Mill-Milied sa San Stiefnu’ meta din tintuża biex tirreferi għal xi ħaġa li mhux se ddum peress li San Stiefnu li kien martri tal-knisja kattolika miet l-għada tal-Milied.

Imbagħad tul is-snin f’Malta twieldet festa kbira ta’ solidarjetà; l-Istrina li ssir propju llum l-għada tal-Milied. Din hija festa kbira li l-poplu kollu jistenna fejn juri wkoll il-qalb kbira tiegħu b’solidarjetà għall-fond tal-Malta Community Chest Fund li jitnuża minn dawk li jiġu bżonnu tul is-sena li ġejja.

L-Istrina tul is-snin ġabret ammonti kbar ta’ flus għal għan nobbli u hekk ninsabu fiduċjużi li se tagħmel illum. Agħtu mill-qalb. Minn issa, Grazzi lill-poplu kollu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com