Bil-Filmat: “Min Jieħu Ħsiebek Għandu Familja D-Dar!” – L-Appell Tal-Ministru Byron Camilleri

 Bil-Filmat: “Min Jieħu Ħsiebek Għandu Familja D-Dar!” – L-Appell Tal-Ministru Byron Camilleri

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi appella lil kull min se jiddeverti f’dawn il-jiem biex jagħmel dan b’mod meqjus u jieħu mhux biss ħsieb tiegħu nnifsu, iżda wkoll ta’ ħaddieħor.

Permezz ta’ filmat li tela’ online u li juri l-ħidma tal-forzi tal-ordni matul is-sena kollha, il-Ministeru għall-Intern fakkar lill-Maltin u l-Għawdxin li filwaqt li huma jkunu qed jiddevertu mijiet ta’ ħaddiema jkunu qed jaħdmu sigħat twal biex jassiguraw li l-poplu jgawdi f’ambjent sigur.

Kien f’dan il-kuntest li l-Ministru Camilleri tenna: “Eluf ta’ ħaddiema jaħdmu għas-sigurtà tagħna ta’ kuljum. Hekk ikomplu jagħmlu f’dawn il-jiem ta’ festi. Bħalna huma wkoll għandhom familja d-dar, nistgħu ngħinuhom bl-azzjonijiet tagħna. F’dawn il-festi nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com