Minkejja L-Pandemija, Ir-Residenti Tad-Dar Tal-Providenza Se Jtellgħu Play Komika…

 Minkejja L-Pandemija, Ir-Residenti Tad-Dar Tal-Providenza Se Jtellgħu Play Komika…

Minkejja l-pandemija tal-Covid-19, din is-sena r-residenti tad-Dar tal-Providenza ma qatgħux qalbhom u xorta waħda ser itellgħu play li jagħmlu ta’ kull sena.

Bl-isem ta’ Ċuq Paqq Pumm F’Lejlet Il-Milied, ir-residenti se jifirħu flimkien tul il-ġimgħa tal-Milied permezz ta’ play li qed jagħmlu huma stess.

Bħalissa qed jitħarrġu għal din il-play komika bl-osservanza meħtieġa f’dan iż-żmien li ninsabu fih.

Id-direzzjoni se tkun f’idejn David Muscat li huwa wkoll midħla sew tal-palk u x-xandir.

Din is-sena però, din il-play mhux se tkun miftuħa għall-pubbliku iżda se ssir bejn ir-residenti stess ħalli l-ispirtu tal-Milied jinħass xorta waħda u jitgawdu.

Imma intom il-pubbliku, imħeġġa tgħinu fil-festa ta’ Ġenerożità li ssir ta’ kull sena fl-1 ta’ Jannar. Aħna minn StradaRjali.com nagħtu s-sapport tagħna bħal ma dejjem nagħmlu f’attivitajiet simili, f’din il-festa ta’ ġenerożità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com