Raġel Armat Iwettaq Serqa Minn Ħanut f’Bormla

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ waranofsinhar minn ħanut fi Triq l-Oratorju, Bormla.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel armat b’arma taqta u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 36 residenti l-Fgura.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.