Raġel Jinstab Mejjet F’Għalqa Fil-Munxar

Raġel ta’ 63 sena residenti l-Munxar, Għawdex, instab mejjet f’għalqa fi triq Ras il-Bajjada fil-Munxar stess, ilbieraħ għall-ħabta tad-21.00.
Jidher li r-raġel instab taħt tractor maqlub waqt li kienet għaddejja tfittxija għalih wara li sagħtejn qabel kien irrapurtat nieqes.
Issejħu Membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu filwaqt li ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.