Raġel Ta’ 40 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Baqa’ Dieħel Fi Trailer
Raġel ta’ 40 sena minn Ħaż-Żabbar qed jissielet għall-ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li baqa’ dieħel fi trailer ipparkjat fil-Kalkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 p.m. fi Triq Santu Rokku meta l-vittma kien qiegħed isuq f’go kart, tilef il-kontroll u ħabat ma’ trailer li kien ipparkjat.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.