Raġel Ta’ 46 Sena Arrestat Fiċ-Ċirkewwa Bi 3 Kili Ħaxixa

 Raġel Ta’ 46 Sena Arrestat Fiċ-Ċirkewwa Bi 3 Kili Ħaxixa

Raġel ta’ 46 sena li joqgħod il-Marsa kien arrestat f’ħidma oħra mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Huwa nqabad b’madwar tliet kili ħaxixa tal-kannabis.

Il-Pulizija qalet li wara diversi jiem taħt osservazzjoni, ilbieraħ filgħodu l-pulizija segwew il-vettura li kien qiegħed isuq.

Kienu għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, meta r-raġel twaqqaf fl-inħawi taċ-Ċirkewwa u saret tfittxija fil-vettura tiegħu.

Fi xkora li kienet fuq wara tal-karozza, il-pulizija sabu tnax-il pakkett bil-kannabis, li l-valur tagħha fit-triq jammonta għal madwar €55,000.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija, il-Floriana.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com