Raġel Ta’ 55 Sena Jweġġa’ F’inċident Bil-mutur
Raġel ta’ 55 sena, għal xi n-nofsiegħa ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident bil-mutur fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, li joqgħod San Pawl il-Baħar stess, kien qiegħed isuq mutur Honda NC750XA, tilef il-kontroll u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.