Ray Farruġia Jingħata Ġieħ ir-Repubblika

 Ray Farruġia Jingħata Ġieħ ir-Repubblika

L-ex kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Ray Farruġia kien fost numru ta’ persuni li matul il-ġurnata tal-Ħadd ingħataw Ġieħ ir-Repubblika.

Farruġa serva bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti bejn Mejju tal-2018 u Diċembru tal-2019 iżda qabel kien ukoll assistent kowċ fit-tim nazzjonali tal-kbar u anke mexxa lit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

Apparti Farruġia ingħataw Gieħ ir-Repubblika wkoll lill-Kardinal Mario Grech, il-Professur Charmaine Gauci, Dr. Christopher Barbara u lill-Brigadier Jeffrey Curmi.

Anke Mro. Paul Abela, Dr. Charles Mallia Azzopardi, il-Prof. Stephen Montefort, il-Prof. Charles Briffa, Anthony Cassar Darien, James Henry Pearsall u Mons. Dr. Joseph Vella Gauci flimkien mal-Prof. Carmelo Agius, il-Mgr. Prof Emmanuel Agius, Rebecca Cremona, il-Prof. Alan Deidun, Elio Lombardi, u The Tramps, ġew rikonoxxuti wkoll.

Ritratt: Joe Borg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com