Rodry Ann Maria Celeste Tirbaħ il-Premju Nazzjonali Ħaddiema Tas-Sena 2020

 Rodry Ann Maria Celeste Tirbaħ il-Premju Nazzjonali Ħaddiema Tas-Sena 2020

Tliet ħaddiema u erba’ organizzazjonijiet kienu onorati waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2020 li ttellgħet f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mill-Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru taħt il-patronċinju distint tal-President ta’ Malta George Vella.

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena ngħata lis-Sinjorina Rodry Ann Maria Celeste, ICT Support Officer fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.

Is-Sinjorina Celeste ħadmet b’impenn li jaqbeż id-dmirijiet normali u b’mod professjonali u edukat għenet biex jitħaffu l-proċessi tas-servizz pubbliku.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal li s-Sinjorina Celeste hija eżempju ċar ta’ role model, b’kontribut fit-tħaddim b’suċċess ta’ servizzi teknologiċi bl-ogħla kwalità kif mistenni mis-servizz pubbliku u apprezzati mill-utenti interni u esterni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com