Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ Gravi f’Tas-Sliema

 Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ Gravi f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 60 sena mill-Ungerija, indarab gravi f’inċindent tat-traffiku li seħħ dalgħodu f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.10 a.m. fi Triq it-Torri meta seħħet ħabta bejn karozza Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 57 sena, residenti l-Gżira u mutur Niu misjuq mir-raġel ta’ 60 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com