Jeħel 30 Sena Ħabs Fuq Femiċidju
Lura għall-2018, Jelle Rijpma ammetta li qatel lill-eks tfajla tiegħu fejn instabet f’għadira ta’ demm b’gerżumitha mħanxra. Shannon Mak, il-vittma, instabet barra l-appartament tagħha f’Santa Venera fil-bidu ta’ Awwissu ta’ sentejn ilu.
Jelle Rijpma, l-eks ġuvni tagħha ammetta l-qtil xahrejn wara l-att. Illum Rijpma ġie kkundannat għal 30 sena ħabs wara li sar negozjar tal-motiv. Ġie ukoll immultat €116.47 fuq pussess ta’ sikkina.
Dan kien każ ieħor fost il-ħafna każijiet ta’ femiċidji li saru f’dawn l-aħħar snin.
Ritratt: Newsbook