“Sibna Sorpriża Ħelwa Fil-Letter Box Grazzi Għal Tifla Misterjuża” – Jean Pierre Coleiro

 “Sibna Sorpriża Ħelwa Fil-Letter Box Grazzi Għal Tifla Misterjuża” – Jean Pierre Coleiro

F’post fuq Facebook, Jean Pierre Coleiro qal li dalgħodu sab sorpriża ħelwa tistennih malli fetaħ il-letter box.

Jidher li tifla ta’ 10 snin bl-isem ta’ Hailey, flimkien tal-familja tagħha, qed tagħmel kalendarju tal-avvent li jirrikjedi li kuljum tagħmel att ta’ qlubija jew ġenerożità ma’ xi ħadd. Illum kien imissha li tħalli nota fil-letter box tad-dar li fl-oppinjoni tagħha għandha l-isbaħ tiżjin tal-Milied.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com