Storja Xokkanti: Raġel Miżmum Imsakkar Ġo Dar Għal 30 Sena Sħaħ!

 Storja Xokkanti: Raġel Miżmum Imsakkar Ġo Dar Għal 30 Sena Sħaħ!

Il-Pulizija ta’ Stokkolma arrestat mara li għandha fuq is-70 sena talli żammet lil binha ta’ 41 sena imsakkar fl-appartament tagħha għal madwar 30 sena sħaħ.

Jidher li dan il-każ ħareġ fl-apert b’kumbinazzjoni meta l-omm iddaħħlet l-isptar u qraba tal-mara marru fl-appartament li sabuħ miftuħ.

Il-persuna li żaret l-appartament iddeċidiet li tidħol u rat ħmieġ u taqlib kbir kif ukoll irwejjaħ qawwija ta’ telqa.

Semgħet ħsejjes mill-kċina u rat raġel mitluq fuq il-kutri f’kantuniera mdallma bla snien, b’feriti kullimkien u anqas jaf jitkellem.

Ġew infurmati l-awtoritajiet u l-omm tat-tifel, ġiet arrestata. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Dawn huma stejjer li naraw fil-films imma li kultant nisimgħu b’każijiet veri. Kemm it-tifel u kif l-mm għandhom bżonn l-għajnuna. It-tifel li llum għandu 41 sena, irid jibda kollox mill-ġdid inkluż jitgħallem il-lingwa u affarijiet bażiċi tal-ħajja.

Mill-banda l-oħra, l-omm għandha bżonn għajnuna fuq is-saħħa mentali u għarfien x’wassallha biex tagħmel hekk lil binha stess.

Ritratt: Foxnews.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com