“Tama Għall-Poplu Tagħna” – L-Arċisqof Scicluna
F’messaġġ mill-isbaħ mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna, fisser fejn qed Alla fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Forsi kienet mistoqsija li staqsejna spiss din is-sena u anke li nistaqsu minn żmien għall-ieħor. Imma Kristu huwa ħaj.
Kompla jispjega l-valur tal-Milied u wassal dawn il-kliem: “Il-kelma tiegħi hija kelma ta’ tama għall-poplu tagħna, kelma u tħeġġiġa biex aħna nkomplu naħdmu flimkien għall-ġid ta’ kulħadd. Il-ħsieb tiegħi wkoll imur lejn tant nies li jistgħu biss isegwu l-quddiesa ta’ kuljum permezz tat-trażmissjonijiet li għamilna matul din is-sena.
Nirringrazzja lil tant nies li ssapportjaw lilna l-Isqfijiet, li tawna kelma ta’ kuraġġ, u li forsi ltaqgħu magħna għal-ewwel darba bħala isqfijiet inxandru l-Kelma ta’ Alla u nħabbru l-Aħbar it-Tajba tas-Salvatur li twieled għalina.
Il-ħsieb tiegħi wkoll imur lejn ħutna l-emigranti li mhumiex f’Malta u Għawdex imma jsegwuna, iħobbuna u aħna mhux biss insellmulhom imma nawgurawlhom bħalma
nawguraw lil xulxin. Nawgura lill-poplu Malti u Għawdxi, Milied hieni u sena ġdida mimlija risq, barka u saħħa.
Il-paċi magħkom.”
Insellmu lill-Knisja Maltija li twettaq ħafna ġid; kemm fid-deher u anke fis-skiet.