Temp Bnazzi Għall-Jiem Tal-Milied

 Temp Bnazzi Għall-Jiem Tal-Milied
It-temp għal din il-ġimgħa jkun iddominat mill-bnazzi wara bidu xi ftit instabbli, hekk kif il-pressjoni atmosferika terġa’ żżid b’mod konsiderevoli, iżda xi ftit xita hi possibbli nhar is-Sibt 26 ta’ Diċembru.
It-temp se jiftaħ b’xi ħalbiet tax-xita iżolati, li jsir ġeneralment bnazzi u xemxi minn għada sa jum il-Milied. Ftit xita hi possibbli lejn tmiem il-ġimgħa.
Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif għal moderat mil-Lvant u l-Grigal fl-ewwel jumejn tal-ġimgħa, qabel ma jdur mill-Majjistral (riħ fuq) nhar l-Erbgħa.
Riħ ftit qawwi għal qawwi (sa Forza 6) mistenni nhar is-Sibt mill-Majjistral.
It-temperatura massima se tibqa’ fl-ambitu ta’ ~19°C (aktar mill-medja), iżda tiksaħ xi ftit (~17°C) lejn tmiem il-ġimgħa, wara li jgħaddi l-front t’arja kiesħa s-Sibt 26/12.
It-temperatura minima tkun f’medja ta’ bejn 12°C u 14°C (aktar mill-medja)..
It-temperatura tal-baħar tinsab f’medja ta’ 19°C, li hi madwar 1°C ogħla mill-medja tal-aħħar ta’ Diċembru.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com