Test Rapidu Tal-Covid Fl-Ajruport Għal Dawk Li Jaslu Malta Mingħajr Riżultat Negattiv

 Test Rapidu Tal-Covid Fl-Ajruport Għal Dawk Li Jaslu Malta Mingħajr Riżultat Negattiv

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-vjaġġaturi kollha li qed jonqsu milli jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19, qed isirilhom test rapidu mal-wasla tagħhom f’Malta.

Fuq Twitter, Dr Fearne spjega li dan it-test qiegħed isir fuq dawk il-vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiżi li jinsabu fil-lista ta’ pajjiżi li jridu jipprovdu PCR Covid-19 test negattiv. Dan it-test irid isir mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla f’Malta.

Il-lista tinkludi vjaġġaturi li ġejjin mill-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja), il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Iżvizerra, it-Tuniżija u l-Ungerija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com