Tfajla Tindarab Gravi Wara Li Waqgħet Minn Tieqa U Ġiet F’Bitħa
Tfajla ta’ 26 sena weġġgħet gravi wara li tard ilbieraħ filgħaxija waqgħet minn tieqa u ġiet f’bitħa f’residenza li tinsab fi Triq l-Isqof F.S Caruana, l-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.