“Tħallix Il-Futbol Iwaqqfek Milli Tistudja” – Andre Schembri

Andre Schembri, il-futboler Malti li għal dawn l-aħħar snin kien qed jilgħab f’diversi pajjiżi u li issa qiegħed jikkowċja f’Ċipru, ħabbar li għadu kemm gradwa mill-Università ta’ Hull b’Baċċellerat bl-Unuri fix-Xjenza tal-Isport u t-Taħriġ fil-Futbol.
“Qatt tħalli l-futbol iwaqqfek milli tistudja, u qatt tħalli l-istudju jwaqqfek mill-futbol”: dan hu l-parir li ta Schembri f’dan ir-rigward.