The Times Tiddefendi Lis-CEO Tal-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb

 The Times Tiddefendi Lis-CEO Tal-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb

Il-gazzetta The Times of Malta ħarġet tiddefendi lill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri li fl-aħħar jiem użu kliem baxx u aggressiv fil-konfront ta’ waħda mill-avukati ta’ Yorgen Fenech li bagħtitilu ħolqa għal artiklu dwar l-inkjesta pubblika li għaddejja fuq Daphne Caruana Galizia.

Fl-editorjal tagħha tal-lum, il-gazzetta The Times akkużat lill-Gvern b’double standards u qalet li l-Gvern ma kellux jitlob għar-riżenja ta’ Mark Camilleri.

Dan dwar li f’konversazzjoni privata li għamilha pubblika huwa stess, Camilleri użu lingwaġġ xejn denju ta’ persuna li suppost qed tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-KTieb.

Il-kitba tal-Kap Eżekuttiv tal-KNT lil Juliette Gale kienet tgħid fost oħrajn “Int Haqq A*** Ok?… Trid Tmur Iddaħħalha F’S*** L-Ittra Ta’ Yorgen Xbin?”

Madankollu il-gazzetta The Times li fl-aħħar jiem sejħet għar-riżenja tal-viċi sindku fil-lokalità tal-Birgu uża l-kelma sperma fil-konfront ta’ resident barranin li jgħix fil-lokalità, iddefendiet lil Camilleri u qalet li l-Gvern m’għandux il-kredibbiltà biex isejjaħ għar-riżenja tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com