Tiekolx Dawn l-Ottijiet Minħabba “Ġunġlien Ikkontaminat”

 Tiekolx Dawn l-Ottijiet Minħabba “Ġunġlien Ikkontaminat”

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qal li wara li saret analiżi fuq konsenji ta’ ġunġlien, il-pubbliku m’għandux jiekol ottijiet tadd-ditta Busy Bee wara li rriżulta li l-ġunġlien jista’ jkun kkontaminat b’pestiċida.

Id-direttorat qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.

Prodott: Ottijiet
Ottijiet miksijin biċ-ċikkulata
Ditta: Busy Bee
Piż: 320g
Dati ta’ Durabbiltà Minima: Id-dati kollha bejn u inkluż it-3/12/2020 sal-24/03/2021
Lottijiet: Il-lottijiet kollha minn u inkluż OTT768 sa OTT804

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com