Tinfetaħ L-Aħħar Rotta Ewlenija Lejn Raħal Ġdid

L-aġenzija Infrastructure Malta dalgħodu fetħet l-aħħar rotta ewlenija tal-proġett tal-Marsa.
Dan ifisser li s-sewwieqa isa jistgħu jibggħu għaddejjin minn minn Triq Aldo Moro, il-Marsa għal Vjal Sir Paul Boffa, fid-direzzjoni ta’ Kordin, Raħal Ġdid, il-Kottonera, il-Fgura u lokalitajiet oħra fl-inħawi, mingħajr ma jieqfu.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li dan l-akbar proġett li qatt sar fit-toroq Maltin wasal fl-aħħar ftit ġimgħat tiegħ u ta l-ħajr tiegħu lill-ħaddiema u lis-sewwieqa għall-appoġġ tagħhom fil-proġett.