“… Tlabt Apoloġija Talli Mbarazzajtha Bil-Lingwaġġ Tiegħi” – Mark Camilleri Lill-Ministru Justyne Caruana
Iċ-Chariman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri fuq twitter kiteb li jinsab onorat bis-sapport kbir li rċieva wara l-inċident tal-bieraħ fejn inħoloq battibekk bejnu u bejn l-Avukat Juliette Galea.
Qal li kmieni dalgħodu rċieva telefonata mill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana fejn talabha apoloġija talli mbarazzaha bil-lingwaġġ goff li uża u kiteb li Caruana rtirat it-talba tar-riżenja tiegħu.
Greatly humbled and honoured by your overwhelming support. I was in touch with Minister @justynecaruana early this morning and I apologised for embarrassing her with my foul language and she withdraw the call for my resignation. We will proceed to sign Education Exception tom.
— Mark Camilleri (@markcamilleri5) December 17, 2020
Kompla jgħid li xorta għandu l-ħsieb li tinfetaħ sejħa għall-Kap tal-Kunsill tal-Ktieb, liema sejħa huwa fiduċjuż li se jerġa’ jirbaħ.