Tliet Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.