Tliet barranin, żewġ Marokkini u Albaniż ġew ikkundannati 27 xahar ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li għamlu użu minn dokumenti foloz.
Il-barranin għandhom bejn 35 u 43 sena.
Huma ammettew l-akkużi, bil-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech tikkundannahom disa’ xhur ħabs kull wieħed.