Tliet Itfal F’Sitwazzjoni Suspettuża Aktarx Kriminali!

 Tliet Itfal F’Sitwazzjoni Suspettuża Aktarx Kriminali!

L-iskwadra Sigrieta tan-Nannu Toni, hija serjè ġdida t’erba episodji mmirata għat-tfal u għall-familja kollha!

Wara li jkun għamel 40 sena fis-servizz, in-nannu Toni jiddeċiedi li jirtira biex iqatta’ l-kumplement ta’ ħajtu rilassat, flimkien ma’ martu, n-Nanna Rina u n-neputi John fejn ilkoll flimkien marru jgħixu f’Ħal-Dratta.

Iżda l-perjodu rilassanti tan-Nannu Toni ma’ tantx dam, għax mal-ewwel sab ruħu, għaldarba oħra, jipprova jirbaħ il-kriminalita’.  Apparti lil John, in-nannu għandu żewġ neputijiet oħra, Luke u Doris; aħwa b’karattri kompletament differenti, iżda mill-aktar ħelwin.

B’hekk żġur li John, Luke u Doris ser iżommu lin-nannu impenjat waħda u sew.  Bla ħsieb, dawn it-tlieta spiċċaw innutaw diversi sitwazzjonijiet suspettużi, x’aktarx kriminali.  Għalhekk dawn it-tfal, bl-għan li jimxu fuq il-passi tan-nannu, bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Man-neputijiet u n-nannu, ingħaqdu ukoll is-Surġent Fred u l-iskwadra tiegħu, li bħal donnhom li sabuhom ta’ spalla tajba biex isolvu każijiet ġoddha.  Dan kollu jidher li huwa avventura mill-aqwa, nisperaw biss li n-Nanna Rina ma’ tinduna b’xejn għax inkella …

L-Iskwadra sigrieta tan-nannu Toni huwa produzzjoni ta’ Emotive Media u ser ikun qed jixxandar fuq ONE bl-ewwel episodju jixxandar fit-23 ta’ Diċembru, b’hekk ser inkunu kumpanija mill-aqwa għal ġranet tal-Milied, x’aktarx b’differenza.

Iktar informazzjoni fuq il-facebook page ta’ Emotive Media: https://www.facebook.com/emotivemediamalta

https://www.facebook.com/emotivemediamalta/videos/658253204850481

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com