Tlift It-Tarbija Mat-Twelid Iżda L-Leave Tal-Maternità Ħadtu Xorta Waħda

 Tlift It-Tarbija Mat-Twelid Iżda L-Leave Tal-Maternità Ħadtu Xorta Waħda

Fuq il-paġna tagħha ta’ Linkedin, Finlandiża li tgħix u taħdem f’Malta, tkellmet dwar esperjenza li għaddiet minna fl-aħħar xhur. Jenny Mustonen irrakuntat kif issa ilha wieqfa mix-xogħol għal ħames xhur u qalet li dan mhux minħabba l-pandemija jew għax spiċċat bla xogħol iżda għax qiegħda bil-leave tal-maternità. Minkejja li t-tarbija li twieldet f’Lulju mietet ftit tal-ħin wara t-twelid, Mustonen xorta waħda kienet eliġibbli għall-leave tal-maternità.

“Ħafna staqsewni x’qadt nagħmel. Jien għażilt li nuża’ dan il-ħin għalija nnifsi, biex nagħmel l-affarijiet li nħobb. Qadt naqra u nikteb. Qed nerġa’ nagħmel l-eżerċizzju. Kont qed infieq. Kien ħaqqni niddedika dan il-ħin għalija”, qalet Mustonen.

Mustonen tkellmet dwar il-gratitudni tagħha lejn il-fatt li minkejja ċ-ċirkustanzi xorta waħda kienet eliġibbli għall-leave tal-maternità u dwar kif dan iż-żmien għena tgħaddi minn din l-esperjenza qarsa b’mod aktar trankwill.

 

Ritratt: rednosegriefandloss.org

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com