Tnedija Tal-Kampanja #adoptdontbuy Għal Dan Il-Milied
Il-Ministru Roderick Galdes nieda kampanja bħala inizjattiva għal dan il-Milied fejn se jkun qed jiffinanzja u joffri l-għajnuna tiegħu lill-Association for Abandoned Animals.
F’din il-kampanja se nkunu qegħdin naraw ritratti tal-klieb li l-AAA għandha għall-addozzjoni, lebsin ħwejjeġ tal-Milied. L-iskop huwa li dawn ir-ritratti jwasslu sabiex propju f’dawn iż-żminijiet, dawn il-klieb abbandunati jiġu addottati u jsibu familja li tkun tħobbhom tul ħajjithom kif jixraqilhom.
Rosalind Agius, li tieħu ħsieb dan is-santwarju b’tant dedikazzjoni u mħabba, wasslet dan il-messaġġ:
“Il-klieb jiġu addottati għal dejjem; m’humhiex għall-Christmas, m’humhiex għax-shutdown, huma biss għal dejjem.”
https://www.facebook.com/roderickgaldes/videos/184881119971197
Segwu l-paġna tal-Association for Abandoned Animals fuq: https://www.facebook.com/watch/AssociationForAbandonedAnimals/ fejn kuljum sal-Milied se tkunu qed taraw ritratti ta’ klieb għall-addozzjoni u l-istorja tagħhom.
Ilbieraħ fl-ewwel ritratt iltqajna ma’ Duke ta’ 8 snin. Tgħid ma’ min se jqattgħu dan il-Milied?