“Toni, Narawk Ferħan Imma Ppruvajt Toqtol Lilek Innifsek… X’Ġara?”
Illejla fil-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa ser jiġi diskuss is-suġġett tas-suwiċidju. Huwa faċli li f’bosta drabi nagħtu verdett bla ma naħsbu imma huwa ħafna ferm iżjed diffiċli li tgħix dak il-mument li tħoss li għandek ittemm ħajtek.
“Dan li se taraw il-lejla ma kienx faċli għalija li nagħmlu, imma meta ftakart minn xiex għaddiet ommi u xi każijiet oħra li naf, xtaqt li nkun ftit ta’ għajnuna, imqar li persuna waħda li jkollha xi ħsieb ikrah u se tara l-programm terġa’ lura minn dak li tkun se tagħmel”, stqarr Toni fuq il-facebook tiegħu.
Tenna li għajja jisma’ l-kelma kuraġġ u ssuġerixxa li minflok, għandna ngħinu lill-persuni u ninfurmaw rwieħna sew fuq din il-marda. “Il-kelma kuraġġ ma twassal għal imkien”, esprima Toni.
Ritratt: Facebook/ Toni Busuttil