Tork Jindarab Gravi F’Argument Fil-Gżira

Tork ta’ 33 sena li joqgħod Tas-Sliema, ittieħed l-Isptar Mater dei għal kura medika wara li sofra ġrieħi f’argument fil-Gżira.
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata mill-isptar li ddaħħal raġel għal kura bi grieħi gravi.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel waqt li kien fi Triq ix-Xatt, kellu argument ma’ raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.