“Tpoġġiet Bomba Ma’ Dar Ġurnalist, Inħaraq Bieb il-familja Caruana Galizia Iżda ħadd Ma Tressaq…”

 “Tpoġġiet Bomba Ma’ Dar Ġurnalist, Inħaraq Bieb il-familja Caruana Galizia Iżda ħadd Ma Tressaq…”

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal fil-qort waqt ix-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika, li fis-sena 2000 kienet tpoġġiet bomba mad-dar tal-ġurnalist Frans Ghirxi. Kien ukoll inħaraq il-bieb tal-familja Caruana Galizia. Dwar dawn l-episodji ħadd ma tressaq.

Tenna li jekk il-kejl hu bl-istess riga, kien hemm impunità taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Muscat tenna wkoll li kif sar jaf bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien jaf li din kienet se tkun tebgħa fuq il-karriera politika tiegħu anke jekk sar ħafna ġid lil hinn minn dan kollu.

Stqarr li kien dejjem dispost biex iwieġeb għall-mistoqsijiet kollha li jsirulu mill-bord.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com