Waħda Miċ-Ċriev Iddeċiediet Li Tmur Dawra Fil-Mellieħa… Imma Possibbli?!
“Ħasra li għadek tara dawn l-affarijiet jiġru…” kiteb is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella hekk kif jidher li xi ħadd seraq waħda miċ-ċriec dekorattivi tal-Milied li kienu qed iżejnu l-lokalità.
“Nispera li min ħadha jifhem u japrezza li xejn ma jsir b’ xejn. Naprezza wkoll li kull min għandu xi informazzjoni jagħmel rapport”, saħaq Dario.
Imma possibbli għal ċerva taqa’ għaċ-ċajt hekk?!