Xlukkajr Ta’ 44 Sena Jindarab Gravi F’Inċident Mhux Tas-Soltu
Xlukkajar ta’ 44 sena ndarab gravi wara li għall-ħabta tan-nofsiegħa waqa’ madwar sular minn fuq dgħajsa li kien qed jaħdem fuqha f’Marsaxlokk.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ f’Xatt is-Sajjieda. Huwa ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.