Żagħżugħ Ta’ 17-Il Sena Arrestat B’Rabta Ma’ Serqa F’Bormla

F’inqas minn 24 siegħa, il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett arrestaw is-suspettat ħalliel li kien involut f’serqa bl-armi li saret minn ħanut f’Borlma.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li identifikat l-allegat ħalliel, żagħużugħ ta’ 17-il sena mill-Birgu tard ilbieraħ waranofsinhar fil-Birgu stess.
Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-qorti llum f’nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.