Żewġ Nisa L-isptar Wara Li Ntlaqtu Minn Karozza f’Santa Venera

 Żewġ Nisa L-isptar Wara Li Ntlaqtu Minn Karozza f’Santa Venera

Żewġ nisa waħda ta’ 55 sena u oħra ta’ 59 sena mill-Ħamrun ddaħħlu l-isptar wara li ntlaqtu minn karozza f’Santa Venera.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3.15 p.m. fi Triq il-Kbira San Ġużepp meta l-vittmi ntlaqtu minn karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tintsaq minn raġel ta’ 33 sena li joqgħod il-Ħamrun.

Il-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdu b’ambulanza l-isptar.

Il-mara ta’ 55 sena ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ta’ 59 sena għandha ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com